a. X’inhi din l-iskema?
Din l-iskema tal-Gvern tipprovdi 12-il xahar aċċess għall-Internet b’xejn lil studenti li huma eliġibbli għall-istipendju u li komplew l-istudji tagħhom immedjatament wara li spiċċaw is-Sena 11, u b’hekk wara li temmew l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom.
b. Kif se nirċievi l-vawċer tal-Internet b’Xejn?
Il-vawċer tal-Internet b’Xejn se jintbagħat bil-posta elettronika.
ċ. Meta se jintbagħtu dawn il-vawċers?
Il-vawċers se jintbagħtu minn Frar 2022 ‘il quddiem.
d. X’inhu l-valur tal-vawċer tal-Internet b’Xejn?
Il-valur tal-vawċer tal-Internet b’Xejn huwa ta’ €300.
e. Il-vawċer jista’ jissarraf fi flus kontanti?
Le, il-vawċer ma jistax jissarraf fi flus kontanti imma jista’ jissarraf f’servizzi tal-Internet ipprovdut minn kwalunkwe wieħed mill-fornituri tas-servizzi tal-Internet.
f. Minn fejn nista nsarraf il-vawċers tal-Internet b’Xejn?
Il-Vawċers tal-Internet b’Xejn jistgħu jissarrfu fi kwalunkwe ħanut tat-tliet fornituri tas-servizzi msemmija.
ġ. X’għandi bżonn nippreżenta biex nifdi l-Vawċer tal-Internet b’Xejn?
Kemm il-vawċer tal-Internet b’Xejn elettroniku kif ukoll il-Karta tal-Identifikazzjoni (Karta tal-Identità) jeħtieġ li jiġu ippreżentati meta ssarraf il-vawċer tal-Internet b’Xejn.
g. X’jista’ jinxtara bil-vawċer tal-Internet b’Xejn?
Il-Vawċer tal-Internet b’Xejn jista’ jissarrraf fi kwalunkwe ħanut tal-fornituri tas-servizzi tal-Internet fil-gżejjer Maltin għal 12-il xahar ta’ Internet. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ġedded il- ftehim mat-tliet fornituri tas-servizzi tal-internet sabiex ikunu kollha parti minn din l-inizjattiva u joffru l-aħjar pakkett internet on the go lill-istudenti. Madankollu l-istudenti jistgħu jagħżlu kwalunkwe skema tal-internet oħra li joffri l-fornitur ta’ servizzi tal-internet li jkunu għażlu.
għ. Nista’ nuża l-Vawċer tal-Internet b’Xejn biex nittoppja kont attivtal-Internet li diġa għandi?
Iva, tista’ tuża l-Vawċer tal-Internet b’Xejn biex tittoppja s-servizz tal-Internet li diġa għandek.
h. Nista’ nixtri servizz tal-internet li huwa itwal minn 12-il xahar?
Huwa possibbli li tixtri servizz għal perjodu itwal minn 12-il xahar. Madankollu l-vawċer tal-Internet b’Xejn jissarraf f’servizz tal-internet wieħed u jkopri l-ispiża għal 12-il xahar ta’ servizz sa massimu ta’ €300.
Jekk il-kuntratt jew l-impenn li daħal għalih mal-fornitur tas-servizz jiġu tterminati qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ tnax-il (12) xahar, kwalunkwe bilanċ li jifdal mill- vawċer tal-Internet b’Xejn jintilef.
ħ. X’jiġri jekk is-servizz tal-internet li nagħżel jiswa aktar minn € 300?
Jekk is-servizz tal-internet jiswa aktar minn €300 allura l-vawċer tal-Internet b’Xejn jista’ jissarraf għal €300 u l-istudenti jżidu d-differenza fl-ispiża.
i. X’jiġri jekk is-servizz tal-internet li nagħżel jiswa inqas minn €300?
Jekk is-servizz tal-internet li l-istudent jagħżel jiswa inqas minn €300 vawċer tal-Internet b’Xejn jista’ jissarraf għall-ammont tal-bejgħ attwali.
j. Nista’ nsarraf il-vawċer tal-Internet B’Xejn għal aktar minn servizz tal-internet wieħed?
Il-vawċer tal-Internet b’Xejn jista’ jissarraf biss għal servizz tal-Internet wieħed u l-fondi li jifdal mhumiex trasferibbli għal servizz ieħor.
k. Kemm se jdumu validi l-Vawċers ta’ Internet b’Xejn?
Il-Vawċers tal-Internet b’Xejn se jibqgħu validi biex jissarrfu għall-valur ta’ 12-il xahar Internet sal-15 ta’ Lulju 2022.
l. Ma sarraftx il-vawċer tal-Internet b’Xejn waqt fil-perjodu ta’ validità, x’nista’ nagħmel?
Il-Vawċers tal-Internet b’Xejn mhux se jkunu jistgħu jissarrfu barra l-perjodu ta’ validità tagħhom.
m. Min hu eliġibbli biex jirċievi l-Vawċers tal-Internet b’Xejn?
Studenti full-time, li huma eliġibbli għall-istipendju u li komplew l-istudji tagħhom immedjatament wara li spiċċaw is-Sena 11 (Form 5), u li b’hekk ikunu temmew l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom, se jkunu qegħdin jirċievu l-vawċers tal-Internet b’Xejn.
n. Jiena student eliġibbli għall-istipendju imma ma rċevejtx il-Vawċer tal-Internet b’Xejn.
Il-kriterji tal-eliġibbiltà biex tirċievi l-Vawċer tal-Internet b’Xejn mhumiex biss li tkun eliġibbli għall-istipendju iżda wkoll li tkun komplejt l-istudji tiegħek immedjatament wara li temmejt is-Sena 11 tal-edukazzjoni obbligatorja Sena 11 (Form 5) matul is-sena skolastika 2020 – 2021.
B’hekk, l-istudenti kollha li kienu fl-aħħar sena ta’ edukazzjoni obbligatorja, Year 11, matul is-sena skolastika 2020-2021 u komplew l-istudji tagħhom f’istituzzjonijiet Post-Sekondarji din is-sena akkademika, (2021-2022), u huma wkoll eliġibbli għall-istipendju għandhom jirċievu l-vawċer għall-Internet b’Xejn.
o. Jien nissodisfa l-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà imma ma rċevejtx il-Vawċer tal-Internet b’Xejn: x’għandi nagħmel?
Jekk tissodisfa l-kriterji kollha ta’ eliġibilità għall-vawċer tal-Internet b’Xejn, jiġifieri:
⦁ Lestejt l-edukazzjoni obbligatorja matul is-sena skolastika 2020 – 2021
⦁ Komplejt l-istudji tiegħek f’istituzzjoni post-sekondarja matul is-sena skolastika 2020/2021
⦁ Inti eliġibbli għall-istipendju
⦁ u għadek ma rċevejtx il-vawċer jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq il-linja 153 jew [email protected]